EU Telematics Lingwa ta’ l-Interfaċċja:  
EudraPharm
 

Avviżi ta' EudraPharm

Ipprintja l-Paġna

Drittijiet ta' l-awtur u Riproduzzjoni Limitata

Din il-website, magħrufa bħala Eudrapharm, hija proprjetà ta' l-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini (European Medicines Agency). Il-kontenut kollu ta' EudraPharma għandu d-Dritt ta' l-Awtur© tal-Fornituri tad-Data ta' EudraPharm.
 
Ir-Riproduzzjoni ta' biċċa mill-kontenut jew tal-kontenut kollu ta' EudraPharm huwa permess biss jekk issir skond il-permessi stabbiliti European Medicines Agency Copyright and Limited Reproduction Notices.

Termini u Kundizzjonijiet

Kontenut
Isir kull sforz sabiex tkun żgurata li l-informazzjoni ppubblikata f'EudraPharm tkun waħda preċiża u aġġornata. Madankollu, l-European Medicines Agency ma tistax tagħti garanzija li l-informazzjoni kollha hija komprensiva, kompluta, preċiża jew aġġornata. Il-Fornituri tad-Data ta' EudraPharm huma responsabbli għall-preċiżjoni ta' l-informazzjoni dwar il-prodott murija f'EudraPharm u l-informazzjoni dwar il-prodott tibqa' proprjetà ta' min ikun ħariġha.

L-European Medicines Agency ma tistax taċċetta resposabbiltà għal:

  • Xi telfa, dannu jew korriment li tirriżulta mill-użu ta' EudraPharm.
  • Xi problemi li jistgħu jinqalgħu b'riżultat ta' l-użu ta' dan is-sit jew ta' xi siti oħra esterni mqabbdin magħha.
  • Kull riproduzzjoni f'kull forma tad-data li hija ddawnlowdjata minn EudraPharm.

L-informazzjoni f'EudraPharm:

  • Hija ta' natura ġenerali biss u mhijiex intenzjonata biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' xi individwu jew entità partikolari.
  • Tkun xi drabi mqabbda ma' siti esterni li fuqhom, l-European Medicines Agency, m'għandha l-ebda kontroll u għal-liema, l-European Medicines Agency ma tassumi l-ebda responsabbiltà.
  • Mhix parir legali jew professjonali (jekk għandek bżonn parir speċifiku, dejjem għandek tikkonsulta professjonist kwalifikat).
Jekk jogħġbok innota li m'hemmx garanzija li dokument disponibbli online huwa riproduzzjoni eżatta ta' dokument/test uffiċjali.

L-intenzjoni ta' EudraPharm hija li tipprovdi informazzjoni biss. M'hix intenzjonata sabiex tissostitwixxi konsultazzjoni ma' tabib tal-familja kwalifikat. Jekk ma tifhimx sew it-termini tekniċi speċifiċi u l-lingwaġġ użat sabiex jiddeskrivi l-informazzjoni dwar il-prodott f'EudraPharm, int ġentilment mitlub tfittex il-parir tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Għall-prodotti veterinarji, inti ġentilment mitlub tfittex il-parir tal-veterinarju tiegħek.

Disponibiltà

Se jsir kull sforz sabiex ikun żgurat li EudraPharm tkun disponibbli f'kull ħin. Madankollu, l-European Medicines Agency ma tistax tiggarantixxi aċċess bla interruzzjonijiet għal EudraPharm u ma tistax tieħu r-responsabbiltà għal xi ħsarat li jirriżultaw minħabba li ma tkunx tista' tintuża informazzjoni misjuba f'EudraPharm. L-European Medicines Agency tirriserva wkoll id-dritt li tirrestrinġi l-aċċess għall-EudraPharm kollha jew għal partijiet minnha mingħajr avviż.

Links għal din il-website

L-European Medicines Agency tħeġġeġ lill-organizzazzjonijeit u individwi sabiex jikkrejaw links għal EudraPharm b'dawn il-kundizzjonijiet:

  • Il-links m'għandhomx jintużaw f'kuntest defamatorju.
  • L-informazzjoni linked bl-ebda mod ma tista' tinbidel.
  • Informazzjoni linked ma' EudraPharm m'għandhiex tintwera b'mod li jissuġġerixxi l-approvazzjoni ta' prodott jew servizz kummerċjali.
  • L-informazzjoni relatata ma' EudraPharm m'għandhiex tiġi esebita ħdejn xi reklamar.
Assigurazzjoni ta' Privatezza

L-European Medicines Agency hija impenjata biex tipproteġi l-privatezza ta' l-individwi kollha li jużaw EudraPharm.

Ġbir u użu ta' l-informazzjoni
L-European Medicines Agency, bħalissa mhijiex qegħda taħżen jew tiġbor xi informazzjoni personali dwar min juża EudraPharm.

Cookies
Il-cookie huwa fajl żgħir maħluq fuq il-kompjuter tiegħek u li tista' ssir referenza għalih meta żżur xi website jew meta żżur xi paġna f'xi website. Il-cookies ma jistgħux jaċċessaw fajls jew xi informazzjoni oħra maħżuna fil-kompjuter tiegħek.

Bħalissa EudraPharm tuża biss session cookies. Dawn is-session cookies jiġu mħassra awtomatikament mill-kompjuter tiegħek meta tagħlaq il-web browser. Is-session cookies ta' EudraPharm ma jiġbrux informazzjoni mill-kompjuter tiegħek u ma jistgħux jidentifikawk personalment. Dawn jintużaw biss biex jiftakru l-paġni ta' EudraPharm li żort fl-aħħar 30 minuta u jintużaw sabiex jiffaċilitawlek in-navigazzjoni tas-sit.

Biex tuża EudraPharm sewwa, il-web browser tiegħek irid ikun issetjat li jaċċetta session cookies. Jekk m'intix ċert kif tagħmel dan, agħfas fuq il-Help tal-browser tiegħek u fittex għall-'cookies'.

JavaScript
EudraPharm juża JavaScript biex itella' pop-up windows. Biex EudraPharm jiffunzjona sewwa, trid 'Tippermetti JavaScript' fis-settings tal-browser li għażilt. Ġeneralment din l-għażla jew xi ħaġa simili tidher taħt is-settings ta' sigurtà ta' browser, għalkemm xi browsers jiddeskrivuha bħala 'active scripting'.

Log files
L-European Medicines Agency żżomm nota tal-paġni li ġew viżitati sabiex tanalizza t-tendenzi u tamministra EudraPharm. Madankollu l-European Medicines Agency, ma żżommx nota ta' l-informazzjoni personali dwar dawk li jużaw EudraPharm.

Feedback
Jekk ikun hemm feedback dwar EudraPharm, l-European Medicines Agency tużah sabiex tiżviluppa u ttejjeb EudraPharm biss.